Għalissa Ngħid Dan Biss

 

Għalissa ngħid dan biss,
kelma
li tgħix bejn silta u oħra
ta’ ħsieb li għadu ma twelidx

Bħall-ilma tan-nixxiegħa.

 

Kelma
li tgħum fuq xifer is-skiet,
tistenna x’jiġri wara,
tistenna l-ħin jgħaddej
u miegħu it-tweġiba
jew forsi mistoqsija

ġdida .

fost ix-xewqat li terġa’ tgħix

Mill-ġdid inkella tinsa.

 

Għalissa,
il-kelma waħda,
mimlija b’dak kollu li jingħad,
meta jasal il-waqt.

 

Għalissa ngħid dan biss,
kelma
li tħaddan dan il-waqt,
u tħalli l-bqija
f’idejn il-ħin.

 

Alfred Grech

03/07/2025.

 

Comments