Ir-Ramel tad-Deżert Minn Bejn is-Swaba.
Ir-ramel tad-deżert minn bejn is-swaba
Jiżżerżaq, bħal
waqtiet kull meta jmutu,
Iddur f’ċirku vizzjuż il-minutiera
U l-passi jibqgħu ħfief bla ma jintilfu.
Ix-xefaq li
għażilt qatt mhu ser jidher
Fil-mirja
mitlufin is-snin moħlija,
Bħal karti
li jiltwew bla ma jinkitbu
Bħal vjaġġ
tas-skiet li mkien mhu ser iwassal.
F’dal baħar
qiegħed hemm xi ħaġa turi
Li l-ħemda
hi bla qiegħ, mimlija mostri,
Il-ħin
għaddej mhuwiex ħlief illużjoni
Tal-ħajja
dejjem tidwi mingħajr mira.
Xi darba għad
irid jitla’ das-siparju
U l-verita’
moħbija f’dal kalvarju.
Alfred
Grech
15/07/2025
Comments
Post a Comment