Urini Triq.

 

Urini triq biex nista’ nasal għadek

F’dat-teatrin li wasal biex  jispiċċa’

Fi dlam il-lejl fejn nista’ nara kollox

Li ma jfissirx it-tmiem ta’ din il-mixja.

 

Inkella għaliex hawnhekk tispiċċa għandha

Dil-ħrafa bħal rakkont li għextu miegħek

Żlieġa li tmur xħin tara x-xbiha tagħha

Kull meta nkun ħaddantek b’mod virtwali?

 

Alfred Grech

04/07/2025.

Comments

Popular posts from this blog