Uġigħ.

There is a crack, a crack in everything That's how the light gets in” Leonard Cohen, Anthem.

 

L-uġigħ il-qalb mhux poeżija,

Bla ritmu jew bla rima

Mudlam u aktarx imlaqqat

Ikraħ daqs skalda taħt il-ġilda.

 

Munġbell ta’ tifkiriet

Viti kollha miftuħa

Ħsejjes ġejjin mil-bogħod

Taħsibhom tal-iħirsa.

 

Il-ġerħa saret spazju

Tiċrita f’nofs tessut

Mnejn jista’ jgħaddi kollox

Mnejn jista’ jgħaddi d-dawl.

 

Id-dawl  mhuwiex tal-glorja

Biżżejjed biex jilma mad-dmugħ

Imbagħad l-għajnejn jidraw

ix-xemx ta’ nofsinhar.

 

U meta titlaq timxi

Bl-uġiħ tinfetaħlek tieqa

Ftit fidda minn tal-għada

Jiffiltra, jsir bużżieqa.

 

Alfred Grech

17/07/2025.

Comments

Popular posts from this blog