U Jista’ Jkun Ukoll.
U jista’
jkun ukoll li lanqas jiena
Ma naf xi
tlift għalkemm nixgħellek xema,
Għalkemm inżur
il-qabar u ngħamillek
Bukkett tal-ward,
u dak li qatt ma ntenni
Ngħiduek mingħajr
ħsejjes bla ma ngħidlek.
U lanqas
eleġija li stajt ktibtlek
Ma ssemmi
dak li huwa l-aktar iebes
Is-sogħoba
l’hemm fil-qiegħ tar-ruħ li twelled.
Għaliex
l-uġigħ mhuwiex biss tal-poeti,
U d-dieqa
mhijiex biss lussu tal-bniedem.
Imqar jekk
ma jkun hemm ħadd qed iħares
It-toqol
tista’ ġġorru l-iċken ħlejqa.
Alfred Grch
20/07/2025
Comments
Post a Comment