Issaa’Għandi Ħajja Sħiħa.
Iss’għandi
ħajja sħiħa x’noqgħod naħseb,
Nixtarr x’kelli
xi ngħidlek bla m’għedtulek,
Xi jmissni
għamilt, insejt jew kelli x’nagħmel,
U kemm
il-darba ħsibtni l-ittradejtrek.
Id-diwi ta’
passik ftit ftit jitbiegħdu
l-għażliet
li bħa nixxiegħa tibqa’ għaddejja,
tfesfis ta’daħk
fil-wiċċ fid-dell tad-dwejjaq
impinġijin
f’waqtiet li xegħlu u telqu.
Iss’għandi
ħajja sħiħa x’noqgħod nomgħod
Inħoss iċ-ċikatriċi,
ngħodd il-bċejjeċ,
Nitgħallem sewwa
sew aħna min aħna
Minn dawk
il-postijiet fejn darba konna.
Alfred
Grech
01/03/2025
Comments
Post a Comment