Mhux Li Ħa Tidher.

 

Mhux li ħa tidher u f’daqqa tieħu l-ħajja

Li tnewwel idek tul iż-żminijet,                 

Mhux li ħa nnaqsu did-distanza kollha

Imma li mmissu għad l-eternita’.

 

Mhux li ħa nbiddlu mqar sentenza waħda,

Iżda li nerġgħu niktbu dar-rumanz

U nsiru nafu jekk hix ħolma kera

Inkella nibdew ngħixu wkoll mill-ġdid.

 

Alred Grech

30/03/2025.

Comments