Jekk MaToħroġx.
Jekk ma
toħroġx minn fommi dit-tnegħida
Ma nafx kif
ser inkomplu din il-mixja
Ma nafx kif
tista’ tisbaħ għadwa ġdida
U tista’
tibqa’ tnixxi din nixxiegħa.
Għidli jekk
mhux duħħan xi jkun ifisser
Dan l-uragan
li jgħaddi bla ma jħalli
Mank biss
sinjal biex għad xi darba jgħidu
Ma kien
hawn ħadd li ħalla l-passi tiegħu.
Il-bikja
kienet ħielsa iżda nieqsa
Mit-toqol
ta-uġiħ mill-pis tal-għejja,
Għax ma
kienx hemm tweġiba għall-mistoqsija
U lanqas
melħ li jfarraġ fuq xuftejja.
Hekk biss
tista’ tirbaħli, billi tħabbat
Il-flus ma
wiċċi waqt li tkompli tiżfen.
Alfred
Grech
11/03/2025
Comments
Post a Comment