Hekk jitfarku.

 

Hekk jitfarku l-ħġieġ tat-twieqi,

Hekk jitfarrak il-vażun,

Hekk jitfarku x-xbihat foloz

Bħalma jinxfu wkoll l-għejjun.

 

Hekk ukoll kull xbiha mnaqqxa

Jaqgħu fl-art ma tiġboromx,

Ma jibqax mank torri wieħed,

Jgħaddi ż-żmien, ma tgħarafhomx.

 

Ma jibqax ġebla fuq oħra,

Hekk jiġġarfu swar il-belt,

Trid tistaqsi minn dan kollu

X’sejjer jibqa’ jekk mhux għelt.

 

Hekk tinfaqa’ kull bużżieqa,

Trid tistaqsi fejn se tkun,

Jekk intix man-naħħa t-tajba

Jew li għandhom ftit raġun.

 

Alfred Grech

22-03-2025

Comments

Popular posts from this blog