Kemm Ser Idum Dal-Limbu.
Kemm ser idum
dal-limbu li fiħ dħalna,
Il-baħħ bla
ħjiel, hemm biss tgerrim is-susa
Turik li
ż-żmien għaddej u qed titmermer
U jdum kull
waqt biex jgħaddi, kollox sieket?
Il-kliem ma
jsibx mnejn jinfed, hemm il-ħsejjes
Tal-ħsibijiet
imħawda u ta’ bla mira,
Ifittxu triq
għall-barra minn did-dalma
Ħelsien minn
dan il-ħabs tad=demm u l-laħam.
Issa, jew
tgħix għal dejjem, jew tintesa’.
Alfred
Grech
08/03/2025
Comments
Post a Comment