Requiem Lil Rita.
Sibilha int Mulej il-post
fil-ġenna
Il-post li jixirqillha
ta’ruh tajba
U ara li tkun int li
tistenniha
Wieqaf fil-bieb il-kbir
b’idejk miftuħa.
Int taf Mulej fiż-żmien li
għamlet magħna
Għaddietu l-wied tad-dmugħ u
mxiet triqitha
Bla ħarset ’l hemm jew ’l
hawn ’mma baqgħet dritta
Biex twettaq ma kull pass
ir-rieda tiegħek.
Lil din ir-ruħ li ġejja
tgħammar miegħek
Ħalliha tidħol dritta bħal
reġina,
Hekk biss isir il-ħaqq ma
din il-mara
Hekk biss hemm it-turija
fit-tpattija.
Għax sehemha tagħtu sew kemm
damet magħna
Għaliex il-purgatorju kien
f’ħajjitha.
Alfred Grech.
Comments
Post a Comment