La Tbiddel Ebda Vers Mill-Għanja Tiegħek.

 

Biddilt ukoll il-vers tal-għanja tiegħek

Għalkemm il-ferrovija baqgħet wieqfa.

Mhuwiex tassew li l-ħaqq ma min hu b’saħħtu

Għax tinfed qlub in-nies il-poeżija.

Kien hemm għannejja jtajjru t-tajr tal-karti

Min ħolom ħolma tkellem sa mal-kwiekeb.

Ma niċħdu qatt id-debħa tal-imħabba,

Il-bogħod minn kull tiġrib, il-bogħod mill-gwerra,

U r-riħ għad jibda jonfoħ saħansitra

Fil-qalb ta’ min imut biex jgħix il-ħajja.

 

La tbiddwl ebda vers mill-għanja tiegħek.

 

Alfred Grech

05/03/2025

Comments