Fis-Skiet Tad-Dejr.
Fis-skiet tad-dejr fejn għad irridu ngħammru,
Inħossok aktar
qribi, int qed tarani;
U nista’ nkellmek aktar mingħajr ħabi,
U int
tifhimni aktar minn qatt qabel
Mingħajr il-barrikati
ta’ bejnietna
Tal-ġisem
li hu dgħajjef u li joħloq
Ħitan ta’
xkiel fli ngħidu u fli ngħamlu.
U issa
nifhem aktar minn qatt qabel
In-nebħ ġentili
tiegħek ġewwa ħsiebi,
Tkellimni f’kull
tpespisa tal-għasafar
Fil-fewġa
illi taħbat ma ħaddejja,
Fil-fwieħa
t’elf mitt warda għada tiftaħ
Tqanqila ta’
waqt wieħed illi tħalli
Elf mitt
kelma li qatt ma stajt inlissen.
Alfred
Grech.
Ċimiterju
taż Santa Marija
17/03/2-25
Comments
Post a Comment