U Bqajna Ma Ntbaħniex.

 

U bqajna ma ntbaħniex li qed inħassqu

Taħt ir-riġlejn kull warda illi konna

Aħna stess fil-ġnien tagħna qed irawwmu.

Kien biss waqt il-mixja tas-sonnamboli

Jew il-vjaġġ fuq binarji li jinfirdu

U jifirdu lilna stess minn dak li aħna

Li stenbaħna minn dan nagħas u tlifna r-riedni.

Binarji dawn li jġorru l-ferrovija

Ferm il-bogħod minn fejn aħna rridu naslu.

Ma ntaħniex illi konna qed inħarsu

F’wiċċ xulxin bħallikieku xi ħadd ieħor

Infridna minna stess u minn mal-bqija.

 

Issa li int tinsab ġo l-arkivji tat-tifkira

Nibda biex nifhem aktar għaliex inti

l-ewwel vittma ta’ dal-ħolm alluċinanti.

 

Alfred Grech

17/03/2025

Comments

Popular posts from this blog