Hemm Ġnien l-Għeden.
Hemm Ġnien
l-Għeden fejn konna niltaqgħu
Hemm is-skiet
fuq spallejn l-univers,
M’hemmx għalfejn
ikun l-għamad tal-kotra
Hu biżżejjed
li tħossok divers.
Il-bogħod
wisq biex xi ħadd jiskoprina
Kull fejn
tmur biex ma tasal imkien,
Hemm baħrin
illi lanqas ibaħħru
Fuq ix-xefaq
ta’baħar Fiddien.
Qtajna biċċa
mill-fergħa tas-siġra
Fejn imorru
jistkennu l-gamiem,
Għax dawn
kienu għasafar tal-passa,
Ma jdurux
bħalma jagħmlu l-ħamiem.
Grejna wkoll
f’kurituri mudlama,
Bla ma mxejna
mank pass ’l-quddiem,
Fejn ix-xemx
lanqas setgħet issibna,
Fit-tiftix għal
ftit sabar u sliem.
Ixxabbatna mal-ogħla
quċċata
Fejn l-imħabba
bdiet tegħreq u tnin,
Fejn il-ħolm
kien biss ħsejjes tat-torox
Fejn il-ġiri sar ħela ta’ ħin.
Alfred Grech
19/03/2024
Comments
Post a Comment