Xi Minn Daqqiet.
Iva xi minn daqqiet xtaqt
nisma’ lii nnifsi
Fid-diwi tal-għoljiet u qalb
irkejjen
Inkella nħares sewwa sew
fil-mera
Li qatt ma tgħid is-sewwa.
Xi minn daqqiet nixtieqek tkun
ftit ħdejja
Iżda l-vjaġġ, jaqtgħali nifsi.
Minn fuq l-għolja t’Għammar
ix-xefaq jidher kollu
minkejja li saħħa ma
baqgħalix
biex nitla’ t-telgħa kollha.
Xi minn daqqiet nixtieq li
tkun ftit ħdejja
Imqar jekk xejn ma tgħidli
Imqar jekk it-triq lura
tidher itwal.
Xi minn daqqiet . . .
Alfred Grech
10/03/2024.
Comments
Post a Comment