F’Jum IL-Mara
‘24
Imqar
il-warda tad-deżert
Tistaqsi lill-
qtar ta’ xita li qatt ma jinżel.
Inti timxi
fuq is-sħab
U tgħum f’wiċċ
l-ilma
U taf sew
fejn għad trid tasal.
Kuruna fuq
rasek
U ngħollik
fuq l-ogħla pedestall.
Imbagħad għada
nfittxek biex insibek
Qaddejja fit-tfassil
tal-ħolqien
Fit-tkattir
tal-multitudni.
Nittama li
xħin naqsam għan-naħħa l-oħra
Insibek b’dirgħajk
miftuħa tistennieni.
Il-warda
tad-desert tibqa’ tistaqsi
Għaliex
trid tibqa’ tgħix bit-tama.
Alfred
Grech
08/03/2024
Comments
Post a Comment