Għodwa.

 

Siket ukoll ma tlugħ ix-xemx

l-għana tal-għaafar

mhux għax qam ir-riħ.

 

Staħbew fil-bejta tagħom

U fit-toqgħob tal-irdum

Għaliex intebħu.

 

L-għadu l-kbir mhix ix-xemx

Fil-benniena tal-għoljiet

Iżda r-riħ li jonfoħ l-għabra

Li tidħol fl-għajnejn.

 

Il-kikkra kafe’ li kont

Ser nixrob issa kesħet

U fil-ksieħ ta’ għodwa ġdida

Nifrex il-mitt petala

Tqanqil li ma tfissrux

U li jintefaħ

Bħal bżieżaq tal-arja.

 

Meta konna iżgħar

Konna noħolmu b’sema ġdid,

Illum is-sema mdaħħan

Għax serqulna l-ispazju tagħna.

 

Alfred Grech

Sibt il-Għid

30/03/2024

Comments