Tħarisx Lejja.*

 

Tħarisx lejja bil-mod li qed tħares,

Tħarisx lejja u tistagħġeb qatigh,

Għax warajja hemm dell akbar minni

U ma tafx minn fejn ġej dan l-iġigh.

 

Trid ixxidd iż-żarbun li jien nilbes,

Timxi miegħi talinqas għal mil,

Tara ftit jekk tkux aktar għalija

Irrabjat jew tkunx tlift anki l-fil.

 

Għaliex wara d-disprezz hemm il-weġgħa,

Wara l-biża hemm  ukoll it theddid

Mal-uġigħ ta min hu vulnerabbli

Hemm il-wegħeda li tibda mill-ġdid.

 

Alfred Grech

21/03/2024.

 

Miktuba wara li smajt omelija tal-Isqof t’Għawdex, Mons Dun Anton Theuma.

Comments

Popular posts from this blog