Ma Rajtekx Riekeb Fuq Ħmara.

 

Ma rajtekx riekeb fuq ħmara

Dieħel minn bieb il-belt

Għax it-traffiku kien imblukkat

U l-folla mxewxa.

 

Ma ssugrajtx noħroġ minn qoxorti

Il-biża’ kien akbar li jittimbrawni

Mil-ħeġġa li nixhed quddiem kullħadd

Li jiena wieħed minnhom

Ma mmutx għat-twemmin tiegħi

Il-frosta tal-ħakkiema tweġġa’ wisq

U jien mitluf fil-merħla

Li timxi wara dak li jdoqq il-fifra

Bla qatt ma taf fejn sejra.

 

Le jien ma rajtekx riekeb fuq ħmara

Bżajt noħroġ mil-moħba

Il-bombi ipersoniċi ma waqfux

It-tankijiet tal-gwerra baqgħu jirrumblaw

U xejn ma wera

Li waqfien in-nar kien qrib.

 

Le ma rajtekx  riekeb fuq il-ħmara . . .

 

 

Alfred Grech

Ħadd Il-Palm

24/03/2024.

Comments

Popular posts from this blog