Rebbiegħa.

 

Inħaffer fil-fond irrid

U nerġgħa nofroq

ix-xquq li minnhom

jidħol id-dawl tax-xemx.

Nindifen irrid

Taħt l-għeruq ta’ siġra tħaddar

Sabiex induq u nerda’

Mill-ġdid dak kollu

Li jagħmel s-sens fil-ħajja.

Xħin tgħaddi żiffa rih

Il-ħsieb jiddellel

U nerġa’ nibda nimraħ

Fuq xfar in-nida

Bil-ħsejjes tal-għasafar

Ġo widnejja

U għada rrid nistejqer

F’jum ieħor tar-rebbiegħa.

Għal waqt wieħed biss

Xtaqt li kont tiegħi.

 

Alfred Grech

22/03/2024.

Comments

Popular posts from this blog