Meta D-Dinja Tinbidel.

 

Meta d-dinja tinbidel

U dak kollu li konna nafu

Jibda ma jiswiex,

Meta l-art ta’ taħt riġlejna ċċedi

U jibqa’ biss l-abbiss,

Meta l-allat li nemmnu fihom

Ma jibqgħux aktar iwieġbu

Għat talb tagħna

U meta l-ħbieb li fihom fdajna

Saru tradituri,

X’nagħmlu?

Nintasbu fuq l-iskoll

Fost il-qilla ta’ mewġ il-baħar

Nistennew albatross,

Jew barri li jisfronda l-burladero,

Il-ħemda illi taqa’ wara maltempata

Il-qniepen idoqqu

Id-duħħan ta’ miġja ġdida

U l-borra li taqa’ fuq xagħri niexef.

 

Alfred Grech

16-03-2024

Comments

Popular posts from this blog