Jekk Tmut Qabel Ma Tmut.

 

Jekk tmut qabel ma tmut

Issib li ma tmut qatt.

Sibt ruħħek taħt is-siġra

Is-siġra li trid taqa’

Iżda s-siġra ma taqax.

Issib tuffieħa tixgħel

U d-dawl jiftaħlek moħħok

U ssir l-illuminat.

Taħt il-friegħi ferrieħa

Tal-ġonna tal-Għeden

Jien ġejt biex nistkenn

mix-xita qarrieqa

‘Mma lanqas fl-irqad

Ma nsib il-mistrieħ

Għax il-ħolm tiegħi

Bħal weraq tal-ħarifa.

Jekk tmut qabel ma tmut

Issib li tgħix għal dejjem.

 

Alfred Grech

25/03/2024.

Comments

Popular posts from this blog