Lil

 

Fil-forġa tal-qilla

Tissawwar bla lġiem

Il-qawwa tar-rieda

Biex timxi ’l-quddiem.

 

Inkella bil-lajma

Fil-pass ta’ kuljum

Isib dak li tibda’

Ma jkun qatt mitmum.

 

Għalhekk ta’ kull darba

Li tiġi u ġġorr

Jien mhux ser nisimgħek

Għalkemm tibqa’ rgorr.

 

Għax inti jinħtieġlek

Tkun dixxiplinat

U tqis dejjem qiesek

U mhux li jingħad.

 

Alfred Grech.

27/03/2024.

Comments

Popular posts from this blog