S’Hemm Jasal Moħħom.

 

S’hemm jasal moħħom

U lanqas taf sewwasew

Xinhuma jgħidu

Ġebel fuq ġebel

Abbissi ta’ skiet

U ġagħwar jintrifsu mill-ħnieżer

Bil-kuruna tar-rand fuq rashom

Imperaturi ta’ bla ħwejjeġ.

Qatgħu il-ħbula mill-irmiġġi

Li kienu serħ ir-ras fil-maltempati

U bqagħu jehdew fit-tnehid bla fejda.

S’hemm tasal il-karba tagħħom

Qalb ir-ragħwa li jħaddan ir-ramel

Imma tibqa’ dejjem il-karba

Li minn sider ferut trid toħroġ il-korla.

Imqar il-ħsejjes ta’ bil-lejl

Isiru l-ħolm ta’ tfajjel bla ħtija

Kull meta jsibu ruħhom wiċċ imb wiċċ

mal-agunija tal-uġih

u jibqgħu stenduti fl-art

jokorbu l-ġrieħi tal-imħabba.

 

Alfred Grech

13/03/2024.

Comments

Popular posts from this blog