Għaraq Tad-Demm.
Is-skiet
isir madwarek qtar ta’nida,
Insiġt il-kliem
qalil xħin kulħadd rieqed,
Bħal xafra u
bla ħsejjes s-skiet jaqta’
U tistenniex
xi ħadd li jishar miegħek.
Lanqas tkun
bewsa, bħal stallett li jinfed
Jew l-abbandun
ta’ dawk i kienu miegħek,
Ifakkrek serduq
jidden f’dik iċ-ċaħda
U ssib li
mqar missierek issa telqek.
Hekk issa
taf xi jfisser li tkun waħdek
Fi ġnien li
jista’ jixhed mewt il-bniedem,
U toħroġ
bla ma trid tnehida mqansħa:
Neħħili minn
quddiemi dan il-kalċi.
Alfred Grech
28/03/2024
Comments
Post a Comment