L-Anġlu Tagħna.

 

L-anġl;u tagħna mhux setgħani

It-tużell anqas dehebien,

l-allat tagħna mhux tat-tafal

b’ħafna wegħedi tal-ħelsien.

 

Aħna stajna rbaħna kollox

Iddawwarna b’ċinturin,

Għax ħarsitna mhix fix-xefaq,

Ħloqna pjazza, ħloqna l-ħin.

 

Kbir il-kjażmu illi qsamna

Bqajna nsaqsu x’seta’ kien,

Hemm ukoll min baqa’ lura

Imdawrin biċ-ċpar taż-żmien.

 

Alfred Grech

18/03/2024

Comments

Popular posts from this blog