Dik Pjaneta Oħra.
Dik pjaneta
oħra.
Ir-ritmi li
trid toħloq huma oħla
Mir-ritmi
tal-ferrovija għaddejja ddaħħan.
Ir-ritmi li
trid toħloq
Bħal sħab
għaddej fis-semmaa,
Bħall-għana
taċ-ċief bil-lejl
Li jikser il-ħemda.
l-għana li
trid tgħanni
m’għandux
tifsir u għamla,
għandu biss
mill-ħsejjes
tal-imfietaħ
idawwru s-serratura
ta’ bieb li
jonsob
is-skiet u
l-ħemda
ġewwa
kjostru.
Alfred
Grech
09/03/2024.
Comments
Post a Comment