Imqar Is-Sħab.
Imqar
is-sħab tilef lewnu
U jien
fittixt qawsalla
Fl-għelm tal-paċi.
Beka wkoll
il-qamar
Li ma sabx
fejn jistaħba
U l-ixjeħ kwiekeb
jitfgħu bdew
Dawl għajjien
Dawl primordjali.
Ċenturjun
baqa’ bejn ħaltejn
Jinżgħax
l-għelmu
Inkella jħalli
l-biża’ jirkbu.
It-tkexkixa
ma kienetx biss
Minħabba l-fewġa
kiesħa
Inkella għax
tela’ l-ajru.
Is-srieq
mhumiex jitkaxkru
Saru leħħiet
ta’ beraq
U sajjetti.
Imqar
is-sħab tilef lewnu
U jien
fittixt qawsalla
Fl-għelm tal-paċi.
Alfred Grech
Ġimgħa l-Kbira
29/03/2024.
Comments
Post a Comment