Sibt il-Għid

 

F’dal-lejl ta’ skiet u dlam li jmewwet
il-qamar
lill-art muta jrid idawwal,
bħal min jistrieħ fil-qabar qabel jitlaq,
u jmut dan il-ħolqien fi ħdan min ħalqu.

 

Is-solitudni tgħannaq ċella u tbusha,
il-ħoss tal-ħajja
jorqod jirrifletti,
il-qalb i
t-toqol kollu tħoss tal-firda,
u
r-ruħ tixxennaq għal tgħannieqa żejda.

 

Il-blata tostor qabar bħal benniena,
imma ma tagħlaq
qatt kull xaqq ta’ tama,

imqar li fit-trapass il-ħajja tħejji

qawmien mill-ġdid f’dal-waqt ta’ solitudni,


Ma titħawwadx il-fidi li tixxennaq,
l-imħabba li ma tmutx,
‘mma tibqa’ għal dejjem,
Is-sewwa li taraħ bla star quddiemek.​

Għax F’Sibt il-Għid imqar is-skiet jitkellem.

 

Alfred Grech

19 ta’ April 2025.

Comments

Popular posts from this blog