X’Jibqa’?
X’jibqa’,
jekk mhux it-tifkira tiegħek
fil-waqt meta ż-żmien waqaf,
u jdejk — daqstant sodi u daqstant ċari,—
neħħewli l-biża’ kollu minn ġo fija?
Meta n-nifs kien għadu frisk
bħall-arja ta’ wara maltempata,
u l-għada kelma ġdida
illi tgħidha b’leħen sielem
u b’għajnejk mimlija?
X’jibqa’ jekk mhux dik l-imbuttatra
illi tajtni x’ħin bdejt tiegħla’ u togħla ’l-fuq,
u tgħolli lili miegħek?.
Ħodor kienu l-għoljiet,
u l-passi tagħna kienu jkejlu
is-sħab li fuqu
mxejna,
fejn il-ġilda terħi d-dawl,
fejn is-skiet isir tambur,
fejn il-ġilju jiftaħ ward tat-trasfigurazzjoni
U issa?
Ma fadalx ħlief riħ ħafif
li jġorr it-tifkiriet bħal weraq tal-ħarifa,
li jgħaddi minn ma wiċċi
u jħallili
timbru ieħor,
u jftakarni fil-waqtiet
issiġillati
fid-diwi taż-żmien.
U nara:
li f’dak il-waqt,
kont int il-bidu tiegħi,
u jien —
il-qawmien tiegħek.
Alfred Grech.
09/05/2025
Comments
Post a Comment