Qabar.

 

Miktub fit-trab, miktub ukoll fil-ġebel,

Hu biss il-qawl magħluq f’kexxun imżejjen,

Tat-tmien il-ħalq meħjut u l-aħħar kelma

Mitbuq b’ħaxix ħażin u dawl il-qamar.

 

Kull qabar hu tfesfis b’ilbies formali,

Benniena li minn ġewwa għal barra nqalbet,

Li fiha mhux il-ġisem iżda d-diwi

Ta’ l’isem li lissinna mbqagħd ħallejna.

 

Hawnhekk is-skiet ħa l-għamla tar-ringiela

Bħal kotba qatt ma nqraw ta’ fuq l-ixkaffa,

Uħud jinsew, oħrajn itennu talba,

Oħrajn imbikkma għadhom fit-tifkira.

 

Mingħajr lukkett hu l-bieb, bla serratura

Paws’oħra din, mingħajr punteġġjatura.

 

Alfred Grech

11/05/2025

 

Comments