Niżżeffen Ma Kull Mewġa’.

 

Niżżeffen ma kull mewġ

Nixxejjer ma kull riħ,

Inħoss il-polz tal-ħajja

U nibda ngħix bis-sħiħ.

 

M’għadnix fellus ifaqqas

Inkella gladjatur,

Imm’aħna ta’ li aħna

U sehemna nagħtu żgur.

 

Mulej agħtini s-saħħa

Li nsebbaħ ta’ kull jum,

U ngħix minn jum għall-ieħor

Xħin naqa’ nerġa’ nqum.

 

Alfred Grech

07/05/2024.

Comments

Popular posts from this blog