Il-Kotra.*
U l-kotra
qamet f’daqqa – u għajtet “jien maltija!
Miskin min
ikasbarni – miskin min jidħak bija”
U l-kotra
timxi wara taż-żummara
Imqar jekk
taf li dan qed jidħak biha
U ħalfet
illi tibqa’ żżomm twemminha
Imqar jekk
ma kienx baqa’ tama għaliha.
Għaliex?
Għaliex il-merħla dejjem sabet
L-għoġol
tad-deheb li lilu trid tadura,
Imqar jekk
taf li xejn m’hemm wara x-xbiha
Bħal ħmar
li jwebbes rasu u ma jdurx lura.
Jien xtaqt
li nara ’l-Malta ta’ wiċċ wieħed
Lilhinn minn
dawk l-għefiered li firduha
Malta
Maltija temmen fiha nfisha
U mhux
fl-allat tat-tafal li ġarrbuha.
*B’apoliġija
lil-Rużar Briffa li tiegħu huma l-ewwel żewġ versi.
Alfred
Grech
29/05/2024
Comments
Post a Comment