192.

 

Setgħet kienet aħjar u ħarġet isbaħ

Din l-għanja li mhijiex tnewwieħ l-iwiefen,

Għakemm stordut u għajjien f’ta’ Mejju l-għodwa

Mhuwiex it-temp li jislet din il-karba.

Lanqas il-qtiegħ il-qalb li l-mantra jtenni;

Hu biss il-fil li fuqu sibtni miexi

Fil twil u issikkat t’ekwilibrista

Ta’ ċirku klawstofobiku u jistona.

Hi biss għal għajn in-nies dil-maratona.

Qasira din il-għanja bħal quċċata

Tqanqila ta’ xewqat u mewġ il-baħar

Filli fil-għoli, filli f’qiegħ l-abbissi

U terġa’ tqum filgħodu u bħal tixtieqk

Li rġajt sirt tfal mill-ġdid, ser terġa’ tibda’.

 

Alfred Grech

15/05/2024

Comments