Fi Strada Rjali.

 

Dawn huma vrus indeċifrabbli, qalu,

Xħin ġew biex jaqtgħu linja ta’ ġrajjiethom

Bit-tmiem immitiżżat għax kienu waslu

Sal-qiegħ mingħajr ma ntebħu x’kienu qalu.

Lilna profeti foloz ittimbrawna

Tal-aħħar żminijiet biex reġgħu ħolqu

Ċirku vizzjus li fih innawgrawna.

U ħolqu alla ġdid fit-tabernaklu,

Quddiemhu setgħu jinżlu għarkubtejhom

Xħin intebħu li kollox kien mistħajjel.

U b’hekk, issa, kull meta jitlef leħnu

Maż-żernieq is-serduq jibdew iwerżqu

L-ilsiera illuppjati biex iħarbtu

Li baqa’ mis-sbuħija u mill-ħlewwa

Ta’ din l-art, l-omm li tagħtna isimha.

 

Alfred Grech

09/05/2024.

Comments

Popular posts from this blog