
Bukkett Ward*
Bħal
bukkett ward dal-versi qed noffrilek
Fil-jum li
żort il-gżira ta’ twelidek
Mogħnija
bl-aqwa ġieħ u l-ogħla stima
Għassiesa
ta’ kull siwi f’artna ħielsa.
Int issa
sirt l-għamara tal-istorja
Mirquma ta’
dal-ġżerjjer fejn il-baħar
Tal-art irodd
u jħażżeż il-konfini.
Wild Gawdex
int, bl-għeruq ta’ ġens li bata’.
Trid tkun
fanal li jixhel u li jwennes,
Sehemek bla
qies ikun u b’qalb miftuħa
Kull sfida
tilqa’ tul il-vjaġġ imdieheb
Fuq l-ogħla
tarġa tlajt bla tħares lura
Biex ta’
dal-poplu l-ġrajja tħalli l-marka.
Qed nara
dawl fl-irkejjen tal-istorja
Fuq wiċċk
it-tbissima li trid tgħaqqad
Żmienek
ikun il-ħames snin ta’ barka
Imqar jekk
għad jittabba’ b’xi tħaqqiqa.
B’idejk
miftuħa tilqa’ l-istedina
Li fassal
id-destin, wild il-ġejjieni
F’tal-lum
il-ħolma ssawwar suret għada
Li jixraq
lil din l-art; hekk Alla magħna.
Alfred
Grech
06/05/2024.
*Lil
Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, fl-okkażżjoni tal-ewwel żjara
uffiċjali tagħha fil-gżira t’ Għawdex.
Comments
Post a Comment