Setgħet Kienet Isbaħ.

 

Setgħet kenet isbaħ l-għanja tiegħi

Għalkemm stordut u għajjien f’din l-għodwa mċajpra.

Mhuwiex it-temp li jislet din il-karba

Lanqas ta’ qtigħ il-qalb mantra mtennija.

Hu biss fil-kondutur

Fil twil, irqiq u issikkat

Ekwilibrista li jistona

Għal għajn in-nies dil-maratona.

Qasira din l-għanja

Bħal kull għanja

Ħierġa minn jeddha

Mingħajr tiġbid

U mbuttatura.

 

Alfred Grech

15/05/2024.

Comments

Popular posts from this blog