190.

 

Jitkellmu bit-tħaxwix tal-bosk is-siġar

Dwar ilwien u ħlewwiet bla sfumaturi

Fejn darba l-ferħ kien jimla’ baħħ l-ispazju

U jonfoħ diwi ġdid fi qlub minsija.

Ix-xewk tas-swied il-qalb liż-żomqor jigref

Fejn it-tamiet bħal weraq tal-ħarifa

U l-qalb serħan trid tfittex, imqar balzmu

Li hu tmellis fis-skiet ta’ ħemda mqanqla.

Iżda fi ġnien is-skiet in-nifs tal-għabex

Iqanqal ħsieb il-mewt wild il-misteri.

Iżda x-xrar jibbrilla f’żernieq irħor

Li jikser fil-maltemp tal-lejl is-saltna;

Għaliex lilhinn mil-lejl hemm ħolm jibbrilla

U mqar fl-eqqel tal-lejl il-kwiekeb jiddu.

 

Alfred Grech

27/04/2024

Comments