191.

Allura int ukoll sirt fastidjusa

Tippoża qisek warda biex tinqata’,

Sehemek li ssod l-ilpup inkella tpaxxi

Lil min f’xi ħin jew f’ieħor miegħek jaħbat.

Ma tagħmel ebda dnub jekk titlob lura

Il-ħlas li jkun jistħoqq lil kull min jaqdi.

Biss jiena ngħid, aħjar li ma ltqajtx miegħek,

Biex noqgħod ngħum f’dan l-ilma fejn qed jgħumu

Ulied l-allat, mitluf fl-irkejjen suwed

Fejn jidwi hemm dak l-għana li hu mħallat

Mad-diwi sedizzjuż misjuq mir-rwiefen,

U negħereq f’dan il-mewġ fejn ħadd ma jisma’:

Nixtieq inqum filgħodu u ngħix għal dejjem,

Nixtieq norqod u qatt ma jisbaħ l-għada.

 

Alfred Grech

12/05/2024

Comments