Tista’ Wkoll.
Tista’
wkoll tmur lura
Għal bnazzi
ta’ sema ċar
U l-bews ta’
fewġa’ bnina.
Jista’ jkun
ukoll li toħroġ
Mid-dam
tal-kuruturi
U terġa’ għal
darb’oħra
Fi ħdan In-nies
ħanina.
U tinsa’
wkoll il-gwerra
Tkeskisa tas-setgħana
U tgħix
għal ftit waqtiet
Il-barka li
kienet għalina.
Alfred
Grech
26/05/2024
Comments
Post a Comment