Tranżizzjoni.
Hemm barra
d-dinja ddur bla ma tintebaħ
Li hawn
fis-skiet iseħħ waqfien mill-ġlieda
Madwar dawn
il-ħitan tinħass il-barka
Kull xħin
il-wiċċ tal-mewt bil-mod jitfaċċa.
Hemm ħlewwa
u hemm sbuħija fl-istennija
U l-laqgħa
wiċċ imb wiċċ tkun aħħarija;
Hemm dinjita’,
hemm skiet u hemm tgħannieqa
f-għeluq
kapitlu ieħor ta’ dil-ġrajja.
F’xi ħin
trid tlesti ruħhek, il-lejl wasal,
U din tkun
it-tweġiba ta’ kull sejħa:
Ħaddan is-sliem
ma nżul ix-xemx li wasal
Għax l-aħħar
huwa dan ta’ kull taqbida.
Alfred
Grech
02/05/2024.
Comments
Post a Comment