Xi Jfisser?

 

Xi jfisser li qed tgħix

Jekk int ma tmissx il-kwiekeb;

Ir-riedni mhux f’idejk

Taż-żiemel li tkun riekeb?

 

Xi jfisser li qed tgħix

Jekk int ma tħossx il-ħtieġa

Li tislet xrara nar

U tqabbad il-ħuġġieġa?

 

Tkun wieħed mill-oħrajn

Fil-bitħa tal-ilsiera,

U timxi bla ma tara

U tibqa’ fil-filliera.

 

Alfred Grech

22/05/2024

Comments

Popular posts from this blog