Aħjar.
Nixtieq li
ma jkun qatt li tibqa’ sejra
Dix-xmara,
ma tieqafx u dejjem tbiddel
Jekk tieqaf
għal waqt wieħed bla tiżgarra
Issib li
mqar id-dinja daret dawra.
Qatt ma
jispiċċa ż-żmien fejn tista’ tqatta’
Sigħat bla
taħseb xejn u lanqas tfassal
Ġejjieni ieħor,
taħseb li xi darba
Għad tista’
tbiddel żrara milli ġara.
Għalhekk,
qalil minn sawwar din il-ħajja
Jew qassam
dak iż-żmien li darba seraq,
Aħjar ma
ħoloq xejn, dak li kien baqa’,
Dil-ħolma
ma ħlomniex u qatt ma smajna.
Alfred
Grech
05/05/2024.
Comments
Post a Comment