Nerġa’ Nfittex.

 

Nerġa’ nfittex dak is-seħer

Ta’ min m’għandux għax jaħseb,

Il-loppju li jraqqadni

In-ngħas ta’ dak li jinsa’                   

Il-logħoba ta’ tfuliti

Il-Logħob li qatt ma lagħabt.

 

Nerġa’ nfittex dak is-seħer

Tar-riħ tal-majjistral

Iż-żiffa illi tiżfen

Fil-wita’ tal-għoljiet

Il-passi tiegħi qodma

Xħin nimxi fuq is-sħab.

 

Ta’ xemx li trid tistaħba

Tal-ħlewwa fil-qartas

Imdendel ma xi siġra

Bil-pinna u bil-klamar.

 

 

Alfred Grech

17/05/2024.


Comments

Popular posts from this blog