Ma Nħarisx F’Għajnejk.
Ma nħarisx
f’għajnejk
Għax nibda
nagħraf lili nnifsi
U fid-dalma
tal-lejl inħoss
Iż-żiffa
ħelwa li twaddabli.
U din tista’
tkun għanja oħra
Ma dawk
tal-kor stunat
Li jnebbaħ dak
li jiġri.
Imbagħad
meta nisma’ t-tfesfis
Widnejja jittarxu
Għaliex il-qiegħ
ibeżżani
Għalhekk nibqa’
ngħum fil-wiċċ
Mingħajr ma
nħares
U jdejja
jiktbu bl-addoċċ
Għax insir
għama.
Din tkun
l-aħjar għanja
Għax għandha
ntonatura
Ta’ min
twieled bla ħjiena.
Kliemek
xkora riħ
Imbagħad xħin
ġejt quddiemek
Sirt statwa
tal-melħ.
Fis-skiet
biss stajt nibda nifhem
Għax il-bqija
kien tweżieq
Alfred
Grech
04/06/2024
Comments
Post a Comment