Bħal Meta Tqum Filgħodu.
Iżda bħal meta tqum filgħodu
U s–sejħa tiegħek taqtali
l-aptit
U l-moħħ jintilef it-toroq iserpu
Ii baqgħali fl-għażla tiegħi.
Iż-żiffa tar-rewwieħa
Bħal tama artifiċjali
Illużjoni li ddub
Fid-sħana tax-xemx Luljana
Li tqawwi l-qalb
Għal ftit tal-ħin.
U kliemek bħan-nida ta’
filgħodu
Bħal x’ħin joqrob id-dlam tal-lejl
X’ħin tħoss ġo fik battal
U taf li m’għandek ebda
skuża.
Alfred Grech.
21/07/2024.
Comments
Post a Comment