M’Hemmx.
M’hemmx li
toħroġ mill-ġisem
Dir-ruħ li
firxet ġwenħajha
U kissret
il-ktajjen tal-jasar,
Tal-ubbidjenza,
tal-indifferenza.
M’hemmx li
toħroġ mil-fosdqa
U togħola u
tilħaq is-sħab ta’ fuq nett
Fuq liema
issalpa u toqrob
Lejn xefaq
l-infinit.
M’hemmx li
tokrob u toħroġ minn sidirha
L-karba
tal- weġgħa tal-mewt
li tisfida
u tofroq u tinfed
il-widnejn
ta’ min ma jismgħax.
M’hemmx!
Iżda’hawnhekk
fuq dan l-iskoll
Iżolat jien
għadni nitgħawweġ
U nisfida
Lil-min ma
jgħajja qatt.
Alfred
Grech
24/07/2024.
Comments
Post a Comment