193.

 

U ma jkun ġara xejn jekk insib ruħi

In-naħħa l-oħra bla ma l-bieb inħabbat

Inkella jekk il-qabża bla tħabbira

Issir il-frejgatina illi biha

Insib li qsamt ix=xmara għan-naħħa l-oħra.

Hawnhekk fis-skiet ta’ din is-solitudni

Aktarx li mank nintebaħ illi l-mixja

Fi tmiemha waslet. Lanqas ma tistaqsi

Min huwa dal qaddief li se jwassalni

Jekk waslet hawn fi tmiemha din il-ħrafa.

Nixtieq li ma nkunx waħdi illi naqsam

Il-ħeffa tat-traġitt mingħajr titjira

u nemmen li jekk inti tnewwel idek

Ikolli ftit tal-wens ma  din il-qabża.

 

Alfred Grech

28/07/2024

Comments

Popular posts from this blog