Gehinnom.
M’hawn l-ebda ġenna f’dan l-ispazju
Batut u iffullat bil-liġijiet u n-numri
Konflagrazzjoni ta’ nirien il-firda.
M’hawn l-ebda warda li twarrad u tmut
fid-dell
Tal-bini għoli wild il-logħob bl-imħuħ
U xogħol ta’ bla fejda.
Għax hekk
riedu it-titani li belgħu saħansitra l-gebel
U rrimettew
l-allat.
Id-duħħan
taraħ biss
Meta naħarqu
fuq il-miżbla
U ċ-ċpar ta’
filgħodu jgħib
Xħin toħroġ
kristallina
ix-xemx
minn wara x-xefaq.
Sidri kamp
tat-taqbida
għajnejja
għadira dmugħ
u sirt ma
nagħrafx jum mil-lejl,
qed negħreq
fil-baħar tax-xewqat
u ngħanni
bħar-riżinjol.
Imqar
id-dawl issa ndifen
Taħt il-ħsejjes
tal-inġenju
Stampat fuq
il-qatran tat-toroq
Inkella fil-konkrit
tal-bini għoli.
Il-kotra
titħawwad fl-ispazju mudlam
Tal-irħula
maħnuqa u fgati
Ikun jonqos
biss
Tfarfira tal-qtar
tal-ilma mbierek
Minn fuq
xfar l-għajejn.
Fi sbieħ
il-jum, ix-xemx tistaħaba bil-mistħija
Tal-oxxenita
ta’ bini bl-addoċċ
Taħt l-uċuħ
iltiema ta’ kull għamla u ta’ kull lewn
Fuq palk
mistħajjel għax għandom il-barka
Tal-allat
ta’ bla ħila
Li sehemhom
hu li joqgħodu
Fin-niċċa
tagħom
Fil-panteon
ta’ olimpu
Alfred
Grech
06/07/2024
Comments
Post a Comment